Dwar
4260 It-timijiet huma rreġistrati...
4260 It-timijiet ta' Water Explorer huma rreġistrati biex s'issa jieħdu azzjoni...
Water Explorers f' 4260 timijiet qed jgħinu biex jimlew il-ġejjieni tagħna bl-ilma għal kulħadd
DAK HUWA L-101 PERSENTAĠĠ TAL-MIRA TAGĦNA, BIEX TGĦINUNA NILĦQUH, JEKK JOGĦĠOBKOM...
Għinna nilħqu l-mira tagħna
Dak huwa L-101 persentaġġ tal-mira tagħna, biex tgħinuna
DAK HUWA L-101 PERSENTAĠĠ TAL-MIRA TAGĦNA, BIEX TGĦINUNA NILĦQUH, JEKK JOGĦĠOBKOM...

L-ilma hu marbut ma' kważi kollox fid-dinja. Iktar minn 2 biljun persuna jgħixu f'pajjiżi li jesperjenzaw problemi kbar relatati mal-ilma, u għalhekk huwa importanti li nedukaw lill-ġenerazzjoni żagħżugħa u nħeġġu sabiex flimkien mal-komunità li jgħixu fiha (irrispettivament minn fejn qegħdin madwar id-dinja) sabiex jibżgħu għall-ilma u jxerrdu dan il-messaġġ.

Il-Water Explorer jispira u jgħin lill-istudenti ta’ bejn 8 u 14-il sena fid-dinja kollha sabiex jieħdu azzjoni serja biex jibżgħu għall-ilma li hu tant prezzjuż. Dan isir permezz ta' diversi azzjonijiet apposta biex nibżgħu għall-ilma (Missions). Agħti ħarsa lejn l-infografija provduta biex tara r-riżultati meraviljużi li l-programm kellu mill-2015-2019. Int u t-tim tiegħek jista’ ikollkom iċ-ċans li żżidu dan l-impatt enormi billi tiffinalizzaw d-diversi sfidi.

Programm flessibbli

Sew jekk int parti minn klabb żgħir jew tittama li tmexxi proġett ġo skola, l-isfidi tal-Water Explorer jistgħu jiġu addattati biex jaqblu bl-aħjar mod possibbli mal-għanijiet tat-tagħlim tiegħek u l-ħin li għandek disponibbli. L-isfidi kollha għandhom ir-riżorsi kollha meħtieġa magħhom u jistgħu jiġu mmexxija mill-istudenti stess, u għalhekk, il-programm ma jirrikjedix ħafna ppjanar.

Sew jekk qed tfittex mod biex issir taf aktar dwar l-ilma, tabbina xi ħidma ma xi Għan għal Żvilupp Sostenibbli (SDG), jew sempliċament biex tieħu gost, agħti ħarsa lejn il-Missjonijiet tagħna dwar l-użu għaqli tal-ilma. Kull ma għandek bżonn huwa grupp ta' żgħażagħ u mexxej għall-grupp biex imexxi s-sessjonijiet. Aħna nirrakkomandaw Water Explorer għal klassijiet fi skejjel, Scouts, Cubs, Brownies u Girl Guides, Eco-clubs, gruppi reliġjużi, gruppi ta' wara l-iskola, u kwalunkwe grupp ieħor!

Kwalunkwe mod li tiddeċiedi biex tipparteċipa, kull ma trid tagħmel hu li tniżżel ir-riżorsi minn hawn.

u hija inizjattiva ta'Global Action Plan
flimkien ma'
4.00 MB